Il-Gvern se jitlob għal State Aid dwar l-Air Malta

Dwana

Il-Gvern se jagħmel talba mal-Kummissjoni Ewropea għal skema ta’ għajnuna mill-Istati Malti (state aid) għall-kumpanija tal-ajru Air Malta.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri għall-mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Huwa qal li t-talba mistennija tiġi formalizzata din il-ġimgħa, bil-Gvern iqabbad konsulenti barranin biex jgħinu jagħmel it-talba uffiċjali.

Schembri qal li tul il-pandemija tal-coronavirus, kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea għamel talba simili mal-Kummissjoni Ewropea, bit-talbiet jieħdu diversi forom. Huwa stqarr li kien hemm talbiet għal grants, oħrajn għamlu talba għal self, waqt xi wħud mill-pajjiżi għamel talba biex jagħtu garanziji lil-linja tal-ajru tagħhom.  Il-Ministru qal li l-Gvern għadu ma wasalx għal deċiżjoni dwar liema talba se jagħmel.

Il-Ministru qal li minkejja li dawn huma fondi pubbliċi xorta jrid ikollhom l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

L-aħħar State Aid għall-Airmalta approvata mill-Kummissjoni Ewropea ngħatat fl-2012, meta kienet approvat grant ta’ €130 miljun għar-ristruttar tal-linja tal-ajru Maltija.

F’domanda suċċessiva, filwaqt li laqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern li jitlob għal State Aid, Grech staqsa jekk it-talba kinetx se tieħu inkonsiderazzjoni l-bdoti li tkeċċew iktar kmieni din is-sena.

Il-Ministru qal li t-talba se tikkunsidra t-telf reġistrat tul il-pandemija u li allura jinkludu wkoll is-salarji tal-ħaddiema. Schembri qal li s-salarji mhumiex l-ikbar uġigħ ta’ ras għall-Airmalta, iżda ċertu spejjeż li huma fissi rrispettivament minn kemm jieħdu passi[ġieri.

Grech staqsa wkoll għal Financial Accounts tas-sena finanzjarja li għalqet f’Marzu li għadda. Il-Ministru qal li ma kellux l-informazzjoni f’dan ir-rigward.