Il-Gvern se jipprovdi kull tip ta’ servizz tas-saħħa għal persuni transgender

Il-Gvern se jkun qed jipprovdi is-servizzi tas-saħħa kollha li persuna transgender ikollha bżonn.
Fi stqarrija, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li nieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika li se jwassal biex persuni transgender ikollhom servizz tas-saħħa olistiku b’xejn.
Skont il-Ministeru għas-Saħħa, dan id-dokument se jwassal “biex jgħin lill-persuni trans jiksbu l-identità tal-ġeneru mixtieq u fl-istess ħin jipprovdilhom is-servizzi tas-saħħa kollha li jkollhom bżonn biex jiksbuh.”
Il-Ministeru qal li se jiġi mwaqqaf team multidixxiplinarju magħmul minn diversi esperti kliniċi.
Spjega li “dan se jwassal biex fost l-oħrajn persuni trans ikunu jistgħu jieħdu terapija tal-ormoni u anke jagħmlu proċeduri kirurġiċi biex ibiddlu l-ġeneru tagħhom.”
Għal aktar dettalji tista’ tagħfas hawn.