Read in English.
Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qal li jekk mhux se tissolva l-kwistjoni tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni fil-barrieri mill-operaturi tal-barrieri, il-Ministeru se jkun qed juża l-poter li ttih il-liġi u jintervjeni sabiex jiżblokka din is-sitwazzjoni.
Fi stqarrija l-Ministeru qal li l-barriera li kienet tilqa’ skart ta’ kostruzzjoni minn terzi persuni waqfet tagħmel dan għalhekk se jkollu mpatt dirett fuq is-settur tal-kostruzzjoni.
Kompla li dan ġie kkonfermat mill-Awtorità għall-Ambejnt u r-Riżorsi wara li għamlet numru ta’ spezzjonijiet fis-sit u f’siti oħrajn.
Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima żied li l-ERA ħarġet 10 permessi ġodda biex barrieri privati jilqgħu fihom l-iskart tal-kostruzzjoni. Komplew li l-Gvern ħareġ żewġ avviżi legali biex joffri inċentiv fiskali lill-operaturi biex jilqgħu skart ta’ kostruzzjoni għall-prezz fiss.