“Il-Gvern se jimpjega l-gwardjani lokali” – GWU

Il-Gvern se jimpjega lill-gwardjani lokali f’aġenzija ċentralizzata.
Fi stqarrija, Il-General Workers’ Union qalet li hija sodisfatta li l-Gvern laqa’ t-talbiet tagħha.
Qalet li b’din id-deċiżjoni, il-Gwardjani Lokali mhux se jibqgħu aktar suġġett għall-manuvrar fis-sistema ta’ infurzar lokali.
Żiedet tgħid li tistenna b’ħerqa biex jinbdew id-diskussjonijiet ħalli flimkien mal-Gvern ssir din ir-riforma.
Fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, nhar il-Ħadd, il-Prim Ministru qal li ma tagħmilx sens lil-gwardjani lokali jkunu impjegati mal-privat.
Kien qalli daqt jibdew id-diskussjonijiet sabiex il-gwardjani lokali jsiru ħaddiema tal-Gvern.