Il-Gvern se jiddiskuti skema ta’ rtirar kmieni għall-ħaddiema tal-Air Malta

Il-Gvern qiegħed jiddiskuti mal-General Workers’ Union (GWU) u unjins oħrajn dwar skema ta’ rtirar volontarju għall-ħaddiema tal-Air Malta. 
Dawn il-pjanijiet ġew milqugħa mill-GWU f’laqgħa li kellha mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.
It-taħditiet se jitmexxew mill-President Emeritu George Vella u ċ-Chairperson tal-Air Malta Marisa Micallef.
L-għan huwa li sal-aħħar ta’ Ġunju jintlaħaq ftehim.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edwar Zammit Lewis u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbru wkoll li ħaddiema tal-AirMalta, li ħames snin ilu ħadu l-iskema tal-irtirar kmieni mix-xogħol se jingħataw id-diskrepanza fil-ħlas dovut lilhom mill-ammont globali kif kien miftiehem magħhom dak iż-żmien.