Il-Gvern se jibni 680 appartament; 3,200 jistennew akkomodazzjoni soċjali

L-Aworità tad-Djar mistennija tibni 680 appartament f’16-il lokalità fit-tliet snin li ġejjin.
Dan ikun ifisser li ssolvi ftit iktar minn 20% tat-talbiet li għandha u l-lista ta’ stennija li tammonta għal 3,200. 
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Glenn Bedingfield.
Il-Ministru qal li l-Awtorità qed taħdem u timplimenta miżura oħra kif tnaqqas il-lista ta’ stennija.
Fost dawn, ftehim mal-banek lokali biex nies fuq il-lista ta’ stennija jkollhom rati preferenzjali meta jiġu biex jixtru d-dar tagħhom.
L-Awtorità qed iżżid l-inċentivi lill-privat biex jitħajjar joffri l-propjetà għall-akkomodazzjoni soċjali.
Intant il-Ministru Falzon wieġeb mistoqsija Parlamentari oħra u qal li hawn 3,212-il ruħ li qed jitolbu u jistennew li forsi jieħdu post tal-Gvern madwar Malta u Għawdex.  Dawn joqogħdu kif ġej:
• San Pawl il-Baħar 221                         
• Birkirkara 186
• Valletta 162
• Ħamrun 148
• Cospicua 143
• Raħal Ġdid 135
• Qormi 130
• Birżebbuġa 119
• Marsaskala 119