Il-Gvern se jħallas 400 operazzjoni li ssir fil-privat

Il-Gvern ħareġ sejħa għal espressjoni ta' interess biex operazzjonijiet kbar isiru fi sptarijiet privati.
Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li dan il-proċess iwassal biex 400 operazzjoni b'mod partikolari tal-irkoppa u tal-ġenbejn isiru fi sptarijiet privati u jitħallsu mill-Gvern.
Spjega li din hi parti mill-programm tal-Ministeru biex jindirizza l-listi ta' stennija għal operazzjonijiet.