Il-Gvern se jħabbar miżuri ġodda għada

Arkivji - Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Gvern mistenni għada t-Tnejn iħabbar miżuri restrittivi ġodda biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dan fuq il-midja soċjali hekk kif temm laqgħa mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jimxi b’mod bilanċjat biex jipproteġi l-ħajjiet u l-għixien tal-Maltin. Dan wara li llum ġew irreġistrati 63 każ ġdid ta’ Covid-19 biex it-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 534.

“Tilagħbux mas-saħħa” – Bernard Grech

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella biex il-Gvern ma jkompli jilgħab mas-saħħa taċ-ċittadini. Fi stqarrija Grech qal li l-Prim Ministru għandu obbligu lill-korpi kostitwiti biex jiżgura li tinstab jew jinstabu soluzzjonijiet immedjati biex it-tieni mewġa tal-pandemija titrażżan.

Il-Prim Ministru għandu obbligu li jiggverna għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Għandu obbligu li minnufih isejjaħ mhux…

Posted by Bernard Grech on Sunday, August 16, 2020

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li l-Prim Ministru huwa aktar inkwetat bis-settur tat-turiżmu milli s-saħħa tan-nazzjon. Fi stqarrija qasira dalgħodu, il-MAM innutat ukoll li l-PM jidher li qed jibdel fehmtu dwar jekk għandhomx jidħlu fis-seħħ aktar miżuri biex titnaqqas il-firxa.

Dr Tanya Melillo, konsulent fil-Mediċina fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, appellat lill-pubbliku biex juża’ l-maskri fil-postijiet kollha li jiffrekwentaw. Fost l-appelli l-oħra, Dr Mellilo qed tisħaq li l-pubbliku ma jiltaqax fi gruppi kbar u d-distanza bejn persuna u oħra għandha tkun ta’ mhux inqas minn żewġ metri.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn