​Il-Gvern se jaħdem għal sistema tat-taxxa inqas kumplessa

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna sostna li l-Gvern huwa impenjat li jassigura li s-sistema tat-taxxa f’Malta tkun waħda li tiffaċilita u tattira l-investiment.
Waqt konferenza l-Ministru Scicluna saħaq dwar l-importanza li Malta tkun pajjiż li tattira investiment minn intrapriżi  lokali u barranin.   Sostna li l-Gvern għandu l-mira li s-sistema tat-taxxa tkun inqas kumplessa b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u l-SMEs.
Prof. Scicluna enfasizza dwar l-importanza li tiġi żviluppata l-edukazzjoni speċjalizzata.  Żied jgħid li l-industrija tas-servizzi finanzjarji se tkun waħda mill-aktar oqsma essenzjali għat-tkabbir f’Malta fis-snin li ġejjin, u sabiex Malta tattira aktar investiment, il-Gvern se jkun qed jaħdem biex inaqqas iktar il-livell ta’ burokrazija bla bżonn.