Read in English.
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u każini f’għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw minħabba l-pandemija.
Dan ħabbru fuq Facebook.
Il-Prim Ministru spjega li fl-aħħar ġimgħat żamm kuntatt personali kontinwu mas-sidien tal-istess barijiet u fehem li dawn jeħtieġu aktar għajnuna, flimkien mal-wage supplement, speċjalment f’dawn iż-żmien ta’ festi.
Dan minħabba li l-każini u l-barijiet se jibqgħu magħluqin. Is-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci lbieraħ ħabbret li l-Gvern se joħroġ l-estensjoni tal-avviż legali li jgħid li l-barijiet u każini se jkollhom jibqgħu magħluqin sal-1 ta’ Jannar. Din id-data issa se tkun estiża għall-1 ta’ Frar.
Abela wiegħed, “Se tibqgħu ssibuni magħkom biex flimkien nerġgħu naqbdu t-triq tas-suċċess.”
Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru qal li jrid li Malta tkun l-ewwel pajjiż li jirkupra ekonomikament.