Il-Gvern se jagħmel eżerċizzju biex jitjiebu d-djar tal-anzjani

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana ltaqgħet mal-ħaddiema u r-residenti fid-dar tal-anzjani tal-Gvern fl-Imtarfa.
Dr Caruana ħabbret li l-Gvern se jagħmel eżerċizzju biex titjieb il-kundizzjoni infrastrutturali ta’ kull dar tal-Gvern u se tkun qed tiġi studjata l-possibbiltà li jiżdiedu s-sodod f’kull dar. Ħabbret li fil-ġranet li ġejjin il-periti tas-Segretarjat se jibdew dan l-eżercizzju proprju f’din id-dar.
Bħala sinjal ta’ apprezzament, ir-residenti tad-dar, tawha xogħol maħdum bl-idejn minnhom, kif ukoll donazzjoni biex tiġi mogħtija lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-istess dar.
Ritratt: DOI