Il-Gvern rebaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament

Kif mistenni l-Gvern rebaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament.
Dan fi tmiem dibattitu parlamentari maratona ta’ madwar 13 il-siegħa fuq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Oppożizzjoni fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama Papers u r-reazzjoni tal-Gvern dwar dan.
Fil-bidu tad-dibattitu, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi ressaq emenda għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, liema mozzjoni dawret il-vot ta’ sfiduċja f’vot ta’ fiduċja fil-Gvern.
Kemm il-mozzjoni kif proposta minn Bonniċi, kif ukoll il-mozzjoni kif emendata għaddew b’38 vot favur u 31 vot kontra. Dan hekk kif id-deputati kollha vvutaw skont id-direzzjoni tal-Partit waqt li ż-żewġ membri indipendenti vvutaw mal-Oppożizzjoni.
Waqt id-dibattitu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li waqt li qed jisma’ l-ispjegazzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi, “nifhmu dak li qed tgħidilna n-nies'. Huwa kkritika l-Oppożizzjoni li fi-dibattitu kienet biss negattiva u qal li l-Gvern se jippubblika l-kuntratti ewlenin kollha li kien involut fihom.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Bustuttil ikkwota lil bidwi u qal li “l-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jgħereq fl-iskalora u ħadd ma jista’ jsalvah, iżda jista’ biss jinżel l-isfel u dan għaliex tilef il-fiduċja. Huwa appella lid-deputati min-naħa tal-Gvern biex ma jaċċettawx li xejn mhu xejn, u li jivvutaw billi jqisu l-interess tal-pajjiż.
Id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia staqsiet għaliex il-poplu mhux jitkellem fuq is-suċċessi tal-Gvern iżda fuq il-panama papers. I ddeskriviet lill-iskandlu tal-Panama bħala “madmad fuq Gvern Laburista”. Waqt li sostniet li dan mhux l-uniku każ ta’ allegat korruzzjoni qalet li “l-programm elettorali  jaqa’ qisu pakkett tal-karti tal-logħob”.
Il-Ministru tal-Enerġija, Konrad Mizzi, saħaq li l-Oppożizzjoni mhi se ssib xejn kontra tiegħu u li jekk issib, anke fil-futur imbiegħed, għandha tressaq proċeduri formali kontrih. Huwa ddeskriva lilu nnifsu rrabjat ħafna li l-focus kollu fl-aħħar ġimgħat kien fuq il-kwistjoni tal-Panama Papers, mhux fuq ir-riżultati tal-Gvern.