Il-Gvern qed jistrieħ fuq il-vaċċin u m’għandux pjan B – Delia

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa lill-Gvern x’inhu l-pjan alternattiv jekk il-kommunita’ Internazzjonali ma tasalx biex tiżviluppa l-vaċċin. Meta kien qed jitkellem waqt il-kumitat ta’ provvista għall-ministeru tas-Saħħa, Delia qal li jidher li l-Gvern m’għandux pjan B u qed jistrieħ biss fuq il-fatt li f’Jannar f’pajjiżna se jkun hawn il-vaċċin, u staqsa jekk fin-nuqqas ta’dan, il-Gvern se jagħmel.

Delia qal sakemm fit-tmun tal-isforzi kontra l-pandemija kien hemm il-Ministru tas-Saħħa u s-Supredent tas-Saħħa Pubblika, Malta laqgħet tajjeb għall-ewwel mewġa.

Resqin lejn forced lockdown, in-numri mhumiex żgħar għal Malta – Spiteri

Il-kelliem Nazzjonalista għas-Saħħa Stephen Spiteri qal minkejja li ma daħlux fis-seħħ miżuri stretti u effettivi, xorta hemm sinjali ta’ kollass fil-qasam tas-saħħa. Huwa spjega li fl-ITU hemm sitwazzjoni li qed teskla kuljum minħabba pazjenti tal-Covid fl-ITU filwaqt li hemm overload fuq it-tim mediku li jaħdem f’dan il-qasam. Spiteri qal li s-sitwazzjoni tal-Covid qed twassal għall-posponiment tal-operazzjonijiet.

Spiteri qal li l-pajjiż irid ikun imħejji għal sfidi ta’ pandemiji oħra li jistgħu jolqtu lill-bniedem fil-futur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din it-tieni mewġa hi ferm ikbar mill-ewwel waħda u appella biex tittieħed azzjoni mmedjata.

“Jeħtieġ li kulħadd jaħdem biex ma jkunx hawn forced lockdown għaliex in-numru ta’ persuni infettati m’hux żgħir għal Malta,” qal Spiteri.