Aġġornata: Il-Gvern qed jinjora l-oppożizzjoni mill-pubbliku kontra l-iżvilupp f’Wied il-Għajn – PN

Il-kelliem Nazzjonalista Ryan Callus, f’konferenza tal-aħbarijiet qal li ma jistax jifhem kif il-Prim Ministru għadu ma qalx li l-proġett ta’ Wied il-Għajn hux se jsir f’post ieħor jew jekk hux se tinstab soluzzjoni alternattiva minkejja l-oppożizzjoni qawwija mill-pubbliku.
Callus ikkritika lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg għal mod kif għażel is-sit f’Wied il-Għajn. Saħaq li taħt Gvern Laburista, l-Awtorità spiċċat biex minn regolatur, issir żviluppatur.
Theres Commodini Cachia qalet li mill-aspett edukattiv, il-PN se jibqa’ jinsisti li jinżamm l-istandard tal-edukazzjoni terzjarja. Tkellmet ukoll il-kelliema Marthese Portelli fejn appellat lill-Gvern biex jippublika l-ftehim mall-grupp Sadeen. Qalet li sakemm il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi, irid ikun trasparenti dwar kif sar il-ftehim mal-investituri. 

Reazzjoni Gvern

F’reazzjoni, il-Gvern qal li l-PN mhux konsistenti la mill-għad ta’ edukazzjoni u lanqas mill-għad ambjentali.

Il-Gvern qal li l-PN qed jibqa’ jirrepeti allegazzjonijiet mhux korretti. Saħaq li l-kuntratt finali tal-investiment f’taż-Żonqor se jkun ippublikat għall-iskrutinju.

L-istqarrija ttemm tgħid li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għandha biss l-intenzjoni li ttellef l-investiment.