Il-Gvern qed jikkunsidra l-użu tal-monorail għat-trasport – Leo Brincat

Il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat għamel id-diskors tal-ftuħ ta’ konferenza tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija dwar l-immaniġġjar tat-traffiku.
Din il-konferenza saret bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta.
Waqt dan id-diskors, Leo Brincat qal li t-trasport huwa wieħed mill-aktar oqsma li joħolqu emissjonijiet fl-ajru u qal li l-Gvern qed jinkoraġġixxi trasport li jaħdem bl-elettriku.
Qal li jeħtieġ li nnaqsu t-trab fin li jiġi ġġenerat fit-trasport li jkollu impatt ferm negattiv fuq saħħet il-bniedem.
Il-Ministru Brincat appella lill-pubbliku biex dwar it-trasport pubbliku ma jaħsibx biss f’karozzi li jaħdmu bl-elettriku imma wkoll fi scooters tal-elettriku, mopeds u roti bil-batterija.
Qal li dawn ukoll jgħinu biex tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq.
Leo Brincat qal li l-Gvern qed jgħarbel il-potenzjal ta’ sistemi alternattivi bħalma huma l-light rail u l-monorail

Ritratt: DOI – Martin Attard