Il-Gvern qed jaħdem għal shooting range ta’ livell internazzjonali – Stefan Buontempo

Din kienet wegħda fil-manifest, u l-Gvern qed iħejji pjanijiet biex din titwettaq. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo qal dan waqt ċerimonja t’għoti tal-midalji li saret fis-Shooting Range il-Bidnija.

Huwa qal li filwaqt li f’Malta qed isir suċċess f’dan il-qasam, jista’ jsir ukoll pilastru turistiku fit-turiżmu sportiv. Qal li bl-għajnuna tal-Gvern, l-għaqdiet ikunu jistgħu joħorġu b’aktar inizjattivi.

Buontempo feraħ lil atleti fosthom William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Eleanor Bezzina li għamlu suċċess għal Malta riċentament. Huwa kompla jisħaq li s-sapport li jkollhom l-atleti jgħinhom ikunu aktar professjonali.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti s-Sur Julian Pace Bonello.  

 

Ritratti – DOI