Il-Gvern qed iħalli l-persuni mħallsa mill-Gvern ta’ qabel biex l-Air Malta ssalva

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista talab lill-Gvern sabiex jispjega f’liema stadju wasal il-proċess ta’ ristrutturar tal-Air Malta.

Meta kien qed jitkellem waqt seminar dwar it-turiżmu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Dr Busuttil sostna li l-Gvern għandu jiddikjara jekk għandux l-intenzjoni li jipprivatizza l-Air Malta.

B’referenza għal li qal Dr Busuttil, il-Ministeru għat-Turiżmu sostna li jkun aħjar li l-Partit Nazzjonalista jgħid x’kien il-pjan tiegħu dwar l-Air Malta meta kien fil-Gvern. Intqal li bħalissa l-Gvern qed iħalli lill-persuni mħallsa mill-Gvern preċedenti biex iwettqu l-mandat li ngħata lilhom, li skont l-istess Partit Nazzjonalista kellu jsalva lill-Air Malta.

Intant, il-Partit Laburista sostna li Dr Simon Busuttil qed jipprova jtellef ir-ristrutturar tal-Air Malta. Intqal li dan is-Sajf, il-Gvern għamel rekord assolut fit-turiżmu.