Mit-Tnejn: Jagħlqu l-ħwienet u servizzi mhux essenzjali

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 22-3-2020

Covid-19 – Press Briefing 22-3-2020

Posted by Covid19 Malta on Sunday, March 22, 2020

Minn għada l-ħwienet u servzzi li mhumiex essenzjali se jagħlqu. Ma jistgħux jiġu organizzati attivitajiet fil-pubbliku. Dawn il-miżuri tħabbru mill-Gvern.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ġew reġistrati 17-il każ ġdid. Fearne qal li l-miżuri l-ġodda se jiġu spjegati fid-dettal fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-miżuri jidħlu fis-seħħ minn għada fit-8am.

Fearne fakkar li s’issa l-Gvern ħa miżuri biex iżid is-servizzi u biex jikkontrolla d-domanda għal dawn l-istess servizzi.

Jingħalqu l-ħwienet li mhumiex essenzjali

Il-Gvern se jkun qed jgħalaq il-ħwienet li mhumiex essenzjali. Din il-miżura tidħol fis-seħħ minn għada fit-8am. Supermarkets u ħwienet oħra tal-ikel mhux se jkunu affettwati.

Jingħalqu servizzi li mhumiex essenzjali

Ħwienet li joffru servizzi li mhumiex essenzjali ma jistgħux jiftħu. Dawn jinkludu hairdressers, tattoo artists, u beauticians.

Attivitajiet pubbliċi ma jistgħux isiru

Il-Gvern se jkun qed jipprojbixxi kull tip ta’ attività pubblika.

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni mhux se jkun qed jieqaf.

Il-Gvern ħabbar dawn il-miżuri ġodda minħabba l-pandemija tal-coronavirus fis-2pm.

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. Wara, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika se tkun qed tagħti dettalji tekniċi.

Il-konferenza tal-aħbarijiet saret fil-Ministeru għas-Saħħa fil-Belt Valletta.

Tħabbru wkoll id-dettalji tal-aħħar 17-il każ.

Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa tan-Nofsinhar ta’ Malta baqgħu bla risposta għall-pjan li huma għamlu minħabba l-imxija tal-coronavirus. F’email li bagħtu fit-18 ta’ Marzu li għadda huma jinsistu li kellhom jirrikorru għal pjan magħmul minnhom stess.

L-aktar każi reċenti

18 ta’ Marzu: 10 każijiet ġodda fosthom Malti ta’ 70 sena u ieħor ta’ 73 sena 

19 ta’ Marzu: 5 każijiet fosthom Malti ta’ 63 sena 

20 ta’ Marzu: 11-il każ ġdid, l-ewwel każ f’Għawdex  

21 ta’ Marzu: 9 każi ġodda; anzjan f’kura intensiva 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn