Filmat: “Il-Gvern mhux kommess li jerġa’ joħroġ il-vawċers” – Abela

Read in English.

Online conference: Supporting SMEs – The Backbone of Malta’s Future

Online conference: Supporting SMEs – The Backbone of Malta’s Future

Posted by Malta Chamber of SMEs on Wednesday, September 9, 2020

Il-Gvern mhuwiex kommess li jniedi mill-ġdid l-iskema tal-vawċers fil-baġit li ġej, qal il-Prim Ministru Robert Abela nhar il-Ħamis.

Abela qal dan waqt intervista mill-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs ta’ Malta, Abigail Mamo, waqt konferenza onlajn bl-isem ta’ ‘Supporting SMEs – The Backbone of Malta’s Future’.

Matul l-intervista, Abela faħħar is-suċċess tal-iskema tal-vawċers, u nnota li taħt xi 60% tal-vawċers iġġeneraw l-istess nefqa li għamlu 40,000 turist f’Awwissu tal-2019. 

Il-ftuħ tal-iskejjel pass importanti

Fost suġġetti oħra diskussi waqt l-intervista, Abela tkellem ukoll dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, u qal li huwa qiesha bħala pass importanti. l-Prim Ministru sostna li x-xhur mitlufa fejn l-iskejjel kienu magħluqa huma insostitwibbli u ma jistawx jiġu rkuprati. Huwa enfasizza li l-iżvilupp edukattiv tat-tfal huwa importanti daqs li tissalvagwardja saħħithom.

“Ma naffordjawx nitilfu ġenerazzjoni.” Abela qali li billi nidraw ir-realtà l-ġdida u nsegwu l-protokolli meħtieġa, l-iskejjel jistgħu joperaw f’dan il-kuntest ġdid.

Il-Baġit se jiġi modifikat għal din l-era l-ġdida

Skemi ġodda se jiġu introdotti fil-baġit li jmiss, filwaqt li dawk eżistenti se jiġu modifikati sabiex jadattaw għal din l-era l-ġdida, qal il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri.

Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza, Schembri qabbel is-sitwazzjoni lokali ma’ dik esperjenzata barra. Huwa rrimarka li għall-kuntrarju tat-tendenza globali, il-qgħad ta’ Malta reġa’ beda xejra ’l isfel minn Ġunju.

Il-Ministru qal li l-Gvern huwa kommess li jkompli jassisti lill-SMEs. Schembri enfasizza wkoll il-ħtieġa li biex nirristrutturaw n-negozji mill-ġdid biex nagħmluhom aktar ekoloġiċi u nimxu aktar lejn negozju diġitali. 

€200 miljun għall-Wage Supplements

€200 miljun intefqu fuq il-Wage Supplements tal-Gvern, qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

Matul l-intervista, Farrugia innota li Gvern normalment ikollu nefqa baġitarja ta’ €300 miljun fuq diversi miżuri għas-sena kollha. Żied jgħid li minflok, bit-tifqigħa tal-pamdemija, il-Gvern nefaq €200 miljun fuq il-Wage Supplement biss. Xi 85% ta’ dawk li bbenefikaw mill-iskema kienu intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), osserva l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise.

“Ir-riżultat pożittiv ewlieni tal-iskema kien li rnexxielna nżommu n-nies fl-impjieg,” qal Farrugia. Billi baqgħu fl-impjieg, in-nies kellhom is-setgħa li jonfqu biex jerġgħu jinvestu l-flus fl-ekonomija tagħna, huwa sostna.

Meta tkellem dwar in-negozji li pparteċipaw fl-iskema, Farrugia nnota li xi negozji talbu biss il-Wage Supplement għal ftit xhur u informa lill-Malta Enterprise li ma kinux jeħtieġuha iktar.

Ħareġ ukoll li aktar minn 3,600 individwu bbenefikaw mill-leave tal-kwarantina. Farrugia faħħar l-iskema tat-teleworking bħala suċċess kbir b’aktar minn 500 negozju jibbenefikaw mill-iskema.

Żmien biex naħsbu mill-ġdid il-mudell ekonomiku

Farrugia qal li l-pawża offruta mill-pandemija tal-Coronavirus għandha tinbidel f’opportunità.

Huwa l-mudell tat-turiżmu tal-massa biżżejjed biex imur ‘il quddiem, huwa staqsa, u żied li forsi dan kien żmien biex naħsbu mill-ġdid il-mudell ekonomiku u nimxu għal mudell ekonomiku aktar sostenibbli u aktar ekoloġiku.

Farrugia rrimarka li l-Malta Enterprise se tkun qed tiddevja l-iskemi tagħha u tiffoka fuq l-inġinerija mill-ġdid tan-negozji.

“L-inċertezza ħażina għan-negozji”

L-inċertezza hija ħażina għan-negozji, qal il-President tal-Kamra Maltija tal-SMEs Paul Abela fl-indirizz tal-ftuħ tiegħu. Abela tkellem dwar kif il-Coronavirus għamel ħerba fuq in-negozji u qal li l-impatt qabeż dak tal-kriżi finanzjarja globali tal-2008.

L-emerġenza tas-saħħa pubblika qajmet ukoll ħafna inċertezza, peress li għadu mhux ċar meta nkunu nistgħu ndawru l-paġna, irrimarka Abela.

“Nafu li l-ekonomija mhix sejra tajjeb. Għandna bżonn nieħdu rendikont tas-sitwazzjoni attwali, u nfasslu pjanijiet fi żmien qasir u medju,” qal il-President tal-Kamra.

Huwa ħeġġeġ lin-negozji biex jużaw dan iż-żmien ta’ inċertezza biex jerġgħu jaħsbu l-istrateġiji kummerċjali tagħhom.

Abela innota wkoll li Malta sofriet mill-impatt li l-Coronavirus kellu fuq it-turiżmu u li fuqu Malta tiddependi ħafna. Huwa rrimarka li kulħadd jibbenefika mit-turiżmu, kemm jekk direttament jew indirettament.

Portal ġdid olistiku online

Ix-xogħlijiet fuq portal olistiku onlajn immirat għan-negozji u li jġibu flimkien l-entitajiet kollha tal-gvern fuq pjattaforma waħda għadhom għaddejjin, qalet il-Kap Eżekuttiv tal-Business 1st Marika Tonna waqt l-intervista.

Waqt li tkellem dwar l-isfidi ewlenin li n-negozji ffaċċjaw matul l-ewwel tifqigħa tal-pandemija tal-Coronavirus, Tonna qal li dawn kienu assoċjati ma’ inċertezza peress li ħadd ma jaf kemm se ddum il-pandemija, u n-nuqqas ta’ likwidità peress li n-negozji qabel kienu qed jesperjenzaw ‘boom’ u kienu ffokati fuq l-investiment mill-ġdid tal-profitt tagħhom. Hija innutat ukoll li l-pandemija affettwat psikoloġikament lis-sidien tan-negozji.

Il-Kamra b’sit ġdida

Il-Kamra tal-SMEs ta’ Malta nediet pjattaforma ġdida online, li kienet parzjalment iffinanzjata permezz ta’ fondi mill-Fondi Soċjali Ewropej. Is-sit il-ġdida tnediet mill-Viċi President tal-Kamra Marcel Mizzi, u se jkun fiha żona għall-membri tagħha li se jkollhom aċċess għal aktar riżorsi.