Il-Gvern mhux jagħraf l-urġenza tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – PN

Il-kelliem għall-Affarijiet Barranin f’isem l-Oppożizzjoni, Carm Mifsud Bonnici, saħaq li huwa inkwetanti ferm il-mod ta’ kif qed jaġixxi l-Gvern fil-konfront tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

Fi stqarrija, Carm Mifsud Bonnici saħaq li huwa serju ħafna l-fatt li Malta ma kinetx rappreżentata fi Brussell matul laqgħa li saret dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu.

L-isqarrija tgħid li dan il-Gvern naqas milli jagħraf l-urġenza tas-sitwazzjoni fl-Eġittu. Huwa saħaq li l-fatt li l-Ministru George Vella ma attendiex din il-laqgħa fi Brussell tfisser li Malta tilfet opportunità importanti.

L-isqarrija ttemm tgħid li l-Partit Nazzjonalista qed isegwi mill-qrib dak li qed iseħħ fl-Eġittu.