Il-Gvern m’għandux amment eżatt ta’ kemm “hawn nies jaħdmu bil-paga minima”

Il-Ministeru tax-xogħol qal li la hu u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommu statistika ta’ kemm hawn nies f’Malta li jaqilgħu paga minima fix-xogħol primarju tagħhom.
L-informazzjoni ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa kemm hawn nies jaħdmu bil-paga minima.
Skont rapport tal-Caritas fl-2016, huwa stmat li hawn 3,200 ruħ li jaqilgħu paga minima, jew €728 fix-xahar.

F’iktar mistoqsijiet Parlamentari dwar is-suq tax-xogħol, il-Ministeru tax-Xogħol qal li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, f’Malta hawn madwar 34,090 persuna li għandhom xogħol ewlieni b’ kuntratt definit. Din iċ-ċifra hija sa April 2017.
Madankollu il-Gvern qal li l-Ministeru m’għandux informazzjoni ta’ kemm nies nies jaħdmu b'kuntratt ta' sena jew inqas fil-pajjiż.