Il-Gvern messu għalaq ir-rotot minn fejn ġej il-mard – CMTU u UĦM

Luke Zerafa

Is-CMTU u l-UĦM Voice of the Workers qalu li kienu ddiżappuntati li l-Gvern ma għalaqx ir-rottot minn fejn ġej il-mard f’jum li nstabu disa’ każi ġodda ta’ Covid-19. Huma saħqu li b’hekk il-Gvern ikun qed jimxi ma’ kliemu stess li l-ogħla prijorità tkun is-saħħa tan-nies.

Fi stqarrija konġunta dawn iż-żewġ unjins qalu li sitta minn dawn il-każijiet huma ta’ nies ġejjin minn rotot li għadhom miftuħin. Fissru kif dan l-aġir jikkuntrasta ħafna ma’ dak li għamel il-Prim Ministru ta’ Spanja lbieraħ.

Strqarru li l-Maltin jippretendu li jsir minn kollox biex ma jkunx hemm numru qawwi ta’ mwiet u każi ta’ persuni morda serjament kif ġara fejn ma tteħdux deċiżjonijiet f’waqthom.

Huma intant laqgħu l-miżuri ġodda mħabbra fejn se jkunu qed jingħalqu r-ristoranti, il-bars, il-gyms u s-swali taċ-ċinema.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn