​Il-Gvern Malti lest jgħin lill-pajjiżi milquta mill-attakki terroristiċi

Il-Gvern Malti esprima t-tħassib tiegħu dwar l-attakki terroristiċi li seħħew ilbieraħ fit-Tuneżija, fi Franza u fil-Kuwajt.
Intqal li l-Gvern Malti qed juri solidarjetà mal-Gvernijiet tat-tliet pajjiżi involuti u qed joffri kull forma ta’ għajnuna meħtieġa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali.
Ikkundanna wkoll bla ebda riżerva kull forma ta’ terroriżmu u esprima l-akbar sogħba għall-vittmi innoċenti ta’ attakki insensati bħal dawn.