Il-Gvern Malti jirrikonoxxi l-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Oppożizzjoni Sirjana

Il-Gvern Malti rrikonoxxa l-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Oppożizzjoni Sirjana bħala l-unika rappreżentanza leġittima tal-poplu Sirjan, biex b’hekk il-Gvern Malti huwa t-tnax-il stat membru tal-Unjoni Ewropea li rrikonoxxa din il-Koalizzjoni.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej, qed jiltaqgħu fl-Irlanda fejn qed jiddiskutu l-aħħar żviluppi fis-Sirja. Dan hekk kif fl-aħħar xhur, dan il-pajjiz kien mifni minn ġlied kontinwu. Fl-isfond ta’ dan, il-kommunita’ internazzjonali qed taħdem sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni.