Il-Gvern Malti jikkundanna l-qtil taż-żgħażagħ Lhud

Il-Gvern Malti kkundanna bla ebda riżerva l-ħtif u l-qtil tat-tliet żgħażagħ Iżraeliti li l-kadavri tagħhom instabu ħdejn il-belt ta’ Ħebron.
Il-Gvern Malti jesprimi s-sogħba tiegħu għal dawn l-imwiet u jibgħat il-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familjari tagħhom u lill-poplu tal-Iżrael.
Fl-istess ħin, il-Gvern Malti juri wkoll is-sogħba tiegħu għall-imwiet ta’ ċittadini Palestinjani li nqatlu waqt li kienet qiegħda ssir it-tfittxija għal dawn iż-żgħażagħ Iżraeliti.
Il-Gvern Malti jemmen li għandu jsir dak kollu possibbli biex jinqabdu dawk li wettqu dan id-delitt faħxi u jingħataw il-ħaqq li jistħoqqilhom.