Read in English.
23 għaqda mhux governattiva fi stqarrija qalu li minkejja l-appelli li saru lil Malta u l-Italja biex jiftħu l-portijiet tagħhom għal persuni li jinsabu bejn sema u ilma, il-Gvernijiet ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi qed jibqgħu jkaxkru saqajhom bil-konsegwenza li l-kundizzjonijiet abbord iż-żewġ vapuri qed ikomplu jiħżienu u s-sigurtà u l-ħajja tan-nies qed tiġi kompromessa.
Aqra: L-Open Arms jasal fl-ibħra territorjali Taljani; Tintalab evakwazzjoni medika
L-għaqdiet qed jappellaw lill-Gvern Malti biex jagħti eżempju u jħalli lin-nies abbord iż-żewġ bastimenti ta’ salvataġġ jinżlu Malta skont il-liġijiet internazzjonali.
Aqra: Agħtu port ta’ sigurtà lill-507 immigrant bejn sema u ilma – UNHCR
Huma qalu li hu inaċettabbli li jsir l-argument li dawn l-immigranti għandhom jiġu rritornati l-Libja meta hemm riskju li dawn jispiċċaw il-ħabs f’kundizzjonijiet ta’ tortura, skjavitù u abbuż. L-għaqdiet qed jinsistu li taħt l-ebda definizzjoni l-Libja ma tista’ titqies bħala port sigur, allura huwa imperattiv li tinsab soluzzjoni oħra għal dawn l-immigranti.
Aqra: Qorti Taljana tissospendi d-digriet ta’ Salvini; Open Arms jitħalla jidħol fl-ibħra
L-għaqdiet li ffirmaw l-istqarrijiet kienu dawn:
- aditus foundation
- African Media Association Malta
- Allied Rainbow Communities
- Anti-Poverty Forum Malta
- Caritas Malta
- The Critical Institute
- Drachma LGBTI
- Drachma Parents GroupIntegra Foundation
- Isles of the Left
- Jesuit Refugee Service (Malta)
- Kopin
- LGBTI+ Gozo
- Malta Emigrants’ Commission
- Maltese Association of Psychiatry
- Men Against Violence
- MGRM-Malta LGBTIQ Rights Movement
- Moviment Graffitti
- OASI Foundation
- Office of the Dean – Faculty of Education University of Malta
- People for Change Foundation
- Richmond Foundation
- SOS Malta
- SPARK15