“Il-Gvern ma tax spjegazzjoni għar-reshuffle” – Dr Busuttil

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma tax spjegazzjoni għar-reshuffle fil-kabinett.
Meta kien qed jinfirizza lil dawk preżenti f’Għajnsielem Għawdex, Dr Simon Busuttil ikkritika lil Dr Muscat għax m’għamilx konferenza tal- aħbarijiet u ma kienx lesti iwieġeb il-mistoqsijiet.
Dr Busuttil qal li l-anqas in-nies viċin il-Prim Ministru bħal xi Ministri ma jħossuhom komdi “jaħdmu miegħu.”
Qal li l-Prim Ministru kien qal li kellu l-aqwa kabinett fl-istorja tal-pajjiż, iżda issa “jekk xejn huwa t-tieni l-aqwa fl-istorja tal-pajjiż.”
Dr Busuttil qal li r-reshuffle tal-kabinett li jiswa €100 miljun turi li l-moviment ta’ Dr Muscat “kien fażul bħall-partnership fi żmien ir-referendum biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.”
Il-Kap Nazzjonalista qal li hu nkwetat bil-qasam tas-saħħa, hekk kif ingħaqad mal-Enerġija b’Ministru “t’attitudni arroganti u diviżiva.”
Dr Busuttil qal li huwa nsult li dan il-Ministru li nhar it-Tnejn ħa riskju enormi għas-saħħa bit-tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk, issa se jkollu f’idejh is-saħħa.
Qal li t-tradiment li l-Ministru Mizzi għamel bl-EneMalta, issa m’għandux jagħmlu bil-qasam tas-saħħa, bil-Partit Nazzjonalista mhux se jaċċetta li s-saħħa pubblika tiġi pprivatizzata.
Dwar in-nomina ta’ Karmenu Vella għall-Kummissarju Ewropew, Dr Busuttil qal li ma kienx ikkonsultat u għalhekk issa l-Gvern m’għandux jippretendi l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.
Hekk kif kien qed jitkellem f’Għajnsielem Għawdex, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-poplu Għawdxi jrid jara x’sar mill-Gvern f’din l-ewwel sena tal-leġislatura u jekk kienux ġusti t-transfers li ngħataw.
Dr Busuttil staqsa x’sar mill-proġetti mwegħda fosthom il-casino u l-link permanenti bejn Malta u Għawdex.