Il-Gvern ma jweġibx fuq ir-rapporti dwar il-Panama Papers

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela ma wiġbux kemm-il rapport għaddiet l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) lill-pulizija s-sena l-oħra u din is-sena dwar l-iskandlu tal-Panama Papers.
Filwaqt li l-Prim Ministru u l-Ministru Abela qalu biss biex id-Deputat Nazzjonalista David Agius jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru kkonċernat, il-Ministru Scicluna ppreżenta l-liġi kontra l-ħasil tal-flus.
Il-liġi tgħid li l-Korp tal-Pulizija ma għandux jiżvela informazzjoni ħlief meta jkun awtorizzat li jagħmel dan. 
Intant ilbieraħ il-Ministru bla Portafoll Konrad Mizzi rrifjuta li jwieġeb għadd ta’ mistoqsijiet dwar kumpanija fil-Panama u tentattivi biex jiftaħ kontijiet bankarji.
Sena wara li l-Istitut tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) ippubblika l-Panama Papers, il-Ministru Konrad Mizzi qal li huwa esawrixxa s-suġġett kollu.