​“Il-Gvern ma jistax ibiddel fehmtu dwar art għall-iżvilupp” – MDA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA qalet li deċiżjoni tal-Parlament ma tistax titħassar bl-ebda mod b’vot ta’ kumitat tekniku tal-Awtorità tal-Ippjanar. Hija qalet dan b’referenza għal approvazzjoni ta’ skemi f’żoni magħrufa bħala “rationalisation areas”.
L-MDA qalet li ma tistax taċċetta l-attitudni tal-ftit li jilgħabu bid-drittijiet taċ-ċittadin billi l-ewwel jiddikjaraw li l-art hi tajba għall-iżvilupp, u ħafna snin wara jbidlu ħesrem l-istatus ta’ din l-art. Qalet li jekk dan huwa l-każ, allura l-Gvern huwa obbligat iħallas id-danni lis-sidien li xtraw l-art fuq deċiżjoni tal-istess gvern.