Il-Gvern ma jispjegax dwar it-transport bla ħlas għall-iskejjel – PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jilmenta li fil-ġimgħat li ġejjin it-tfal se jkunu qed jibdew l-iskola iżda l-Gvern għadu ma lestiex it-tħejjijiet biex iwettaq il-wiegħda tal-elezzjoni ġenerali, dik ta’ transport bla ħlas għall-iskejjel.

Fi stqarrija, il-PN sostna li din il-proposta ġiet imwiegħda miż-żewġ partiti ewlenin, filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwara fil-budget tad-9 ta’ Ottubru li għadda. Irrimarkaw li l-Prim Ministru Joseph Muscat, minflok spjega kif se tkun qed taħdem is-sistema, wiegħed kumpens għan-nefqiet tal-ġenituri fuq it-trasport għall-iskejjel.

Sosnta li minkejja li diversi ġenituri u operaturi tat-trasport qed jistaqsu fuq il-midja għal spjegazzjoni ta’ kif se taħdem din is-sistema, kulħadd baqa’ bla tweġiba.