Il-Gvern ma jaċċettax rappreżentanza tal-Oppożizzjoni f’laqgħat dwar il-coronavirus

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr li ma jistax jistieden lil Stephen Spiteri għal-laqgħat tal-kabinett u laqgħat inter-ministerjali iżda se jbqa’ jżommu nfurmat.

Fearne kien qed jirrispondi għat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex ssir stqarrija mill-Prim Ministru dwar l-coronavirus wara li feġġ l-ewwel każ f’pajjiżna. 

Delia talab lil Fearne biex l-Oppożizzjoni tkun preżenti għal-laqgħat tal-ogħla livell li jsiru f’pajjiżna dwar il-coronavirus.

Meta kien qed jitkellem ftit wara l-ħin tal-mistoqsijiet, Fearne qal li jnsab f’kuntatt kontinwu mal-kelliemi tal-Oppożizzjoni Stephen Spiteri. Hu qal li Spiteri qed ikun mgħarraf fl-aħħar żviluppi qabel ma dawn jispiċċaw għal konsum pubbliku. 

Il-Gvern se jiftaħ il-hub għall-ittestrjar għada

Intant, Fearne qal li għada il-Gvern se jkun qed jiftaħ il-hub mediku għall-ittestjar tal-mikrobu.