Il-Gvern ma ċċirkolax l-emendi għal-liġi tal-ugwaljanza – il-PN

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għadu ma ċċirkolax l-aħħar emendi għall-abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza u dan b’detriment għad-djalogu veru li ma jistax iħalli l-frott mixtieq. Il-PN qal li l-Gvern s’issa mhux qed jisma’ u qed jinjora t-talbiet li qed isiru waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni.

Fi stqarrija, minn Claudette Buttigieg, Karl Gouder u Edwin Vassallo bħala l-membri tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat tal-Abbozzi, huma qalu li komplew jiltaqgħu fiżikament u virtwalment mal-istakeholders ewlenin dwar il-liġi tal-ugwaljanza (Abbozz 96).

Din il-liġi proposta tal-ugwaljanza jaf joħnoq id-dritt ukoll għal-libertà reliġjuża nkluż fl-iskejjel tal-Knisja.

X’qalet il-Knisja dwar il-liġi proposta tal-ugwaljanza?
L-iskejjel tal-Knisja bi tħassib serju dwar il-liġi proposta tal-ugwaljanza

Il-PN sostna li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija kommessa li f’Malta ssaltan l-ugwaljanza għal kulħadd. Spjegaw li huwa d-dmir tagħhom bħala deputati li li jsibu l-bilanċ mixtieq biex dawk li jistgħu jkunu vittmi ta’ diskriminazzjoni jkunu protetti iżda saħqu li dan irid isir b’rispett għal dawk li jridu jħaddmu l-istess liġi bla xkiel għall-ħidma, twemmin u libertà tagħhom ukoll.

Dalgħodu fil-programm Morning Show fuq 103 Malta’s Heart Jes Saliba tkellem ma’ Karen Buttigieg li hija ġenitur fi skola tal-Knisja.

Int taqbel ma’ din il-liġi kif proposta?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt