“Il-Gvern m’għandux jixxaħħaħ ma’ min ma jistax jiekol glutina”

Il-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb b’dak li ħabbar is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne dwar il-voucher għal persuni li ma jistgħux jieklu glutina.
Il-kelliema għas-Saħħa Claudette Buttigieg qalet li l-Partit Nazzjonalista qed jappoġġja lis-Coeliac Association Malta fl-insistenza li qed tagħmel biex jiżdied l-ammont ta’ €30 fix-xahar.
Fi stqarrija, Claudette Buttigieg qalet li l-Gvern m’għandux ikun xħiħ u l-ammont li jingħata għandu jirrifletti verament in-nefqa ta’ dawn il-persuni fuq prodotti speċifiċi u li jkunu addattati għall-kundizzjoni tagħhom.