Il-Gvern Libjan jegħleb il-kriżi taż-żejt

Il-Prim Ministru temporanju Libjan Abdullah al-Thinni ħabbar li l-Gvern Libjan laħaq ftehim mar-ribelli li kienu qed jikkontrollaw il-portijiet u l-ħażna taż-żejt biex b’hekk intemmet kwistjoni li kienet qed iżżomm il-pajjiż milli jesporta ż-żejt.
Al-Thinni qal li l-Gvern Libjan reġa’ akkwista l-kontroll ta’ Ras Lanuf u Es-Sider mingħajr ma kien hemm bżonn l-użu tal-forza.
Sostna li l-kriżi taż-żejt issa ingħelbet u permezz ta’ dawn iż-żewġ portijiet taż-żejt il-Libja se tkun f’pożizzjoni li tesporta aktar minn nofs miljun barmil żejt kuljum.