Il-Gvern Libjan jappella għal għajnuna internazzjonali

Tliet snin wara t-tneħħija tal-Kurunell Muammar Gaddafi mill-poter, il-Gvern Libjan għadu fraġli u qed isibha bi tqila biex jimponi l-ordni fil-pajjiż.
Il-kapitali Tripli hija mmexxija minn ġellieda kontra Gaddafi.
Żewġ gruppi ribelli sparaw anke missili lejn xulxin. Iż-żewġ gruppi qed jiġġieldu biex jiksbu l-kontroll tal-ajruport tal-Kapitali Libjana.
Intant, f’Benghazi, il-ġlied bejn il-forzi tas-sigurta’ Libjani u l-militanti Iżlamiċi ħalla mas-36 persuna mejta u bosta oħrajn midruba.