Il-Gvern laqa’ r-rapport tal-Awditur Ġenerali li kkonferma li naqas il-faqar f’Malta

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal fi stqarrija qal li jilqa’ r-rapport tal-Awditur Ġenerali li jikkonferma li r-riskju tal-faqar jew esklużjoni soċjali u kif ukoll iċ-ċaħda materjali fil-Gżejjer Maltin naqsu.

Fl-istqarrija l-Ministeru qal li fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali għamel analiżi ukoll taċ-ċifri tal-NSO dwar il-faqar. Dawn iċ-ċifri nġabru skont metodoloġija tal-Unjoni Ewropea li ilha l-istess għal mill-anqas 15-il sena.    

L-Awditur Ġenerali bbaża r-rapport tiegħu fuq tliet snin ta’ referenza partikolari, l-2008, l-2015 u l-2018.

Fl-istqarrija l-Ministeru qal li filwaqt li jifhem lill-Awditur Ġenerali meta jgħid li ntużat is-sena 2015 għax dakinhar daħlu fis-seħħ il-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli, iżda għall-assessjar tal-Mira Numru 1 li tittratta l-faqar tintuża metodoloġija differenti minn Nazzjonijiet Uniti. Kompla li f’din il-mira partikolari Malta hija waħda mill-grupp ta’ pajjiżi li diġà laħaq punteġġ ta’ implimentazzjoni kważi massimu ta’ 99.9%.

Il-Ministeru qal li biex wieħed ikollu stampa aħjar tal-progress li sar fil-ġlieda kontra l-faqar, li kieku intużat is-sena 2013 flok is-sena 2015, biex jittieħdu żewġ perjodi ugwali ta’ ħames snin suċċessivi għal xulxin, kieku l-Awditur Ġenerali kien jasal għal dawn ir-riżultati:

Indikatur20082013Differenza
2008 – 2013
2018Differenza
2013 – 2018
%Għadd ta’ persuni%Għadd ta’ persuni%Għadd ta’ persuni
Persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali20.181,00024.6102,000+ 21,00019.089,000-13,000
Persuni mċaħħda materjalment13.354,00019.982,000+ 28,0008.741,000-41,000
Persuni mċaħħda materjalment severament4.016,00010.242,000+ 26,0003.014,000-28,000
Persuni MHUX f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali79.9322,00075.4312,000-10,00081.0378,000+ 66,000
Persuni MHUX imċaħħda materjalment86.7349,00080.1332,000– 17,00091.3426,000+94,000
Persuni MHUX imċaħħda materjalment severament96.0387,00089.8372,000-15,00097.0453,000+81,000

Il-Ministeru qal li ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet jew osservazzjonijiet kollha li għamel l-Awditur Ġenerali, u żied li ħa nota wkoll tar-rakkomandazzjonijiet li kienu bbażati fuq opinjonijiet suġġettivi li saru minn xi għaqdiet volontarji u minn xi akkademiċi.