Il-Gvern kellu dejn ta’ €5,664 miljun fl-2018 – NSO

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li fl-aħħar tal-2018, id-dejn ġenerali tal-Gvern ammonta għal €5,664.7 miljun, jew 46% tal-GDP. Dan ifisser tnaqqis ta’ €17.8 miljun mill-2017.

Fi stqarrija, l-NSO qal li fl-2018, is-settur tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellhom l-akbar sehem ta’ dejn b’61.6%. Il-Households and Non-Profit Institutions Serving Households (NPISH) kellhom sehem ta’ 24.1%.

Skont l-NSO, il-maġġoranza tad-dejn tas-Settur tal-Gvern Ġenerali kien fil-munita nazzjonali. L-istock tad-dejn b’muniti barranin naqas matul is-snin u fl-2018 kien ta’ €0.1 miljun.

Għall-2018, il-valur tas-suq tad-dejn totali tal-Gvern Ġenerali kien stmat għal €6,567.2 miljun meta mqabbel mal-valuri nominali ta’ €5,664.7 miljun. Skont l-NSO, minħabba l-prestazzjoni pożittiva tad-debt securities fis-suq finanzjarju lokali, id-dejn tas-suq naqas bi €116.6 miljun matul l-2017,meta mqabbelmat-tnaqqis ta’ €17.8 miljun fid-dejn nominali.