Read in English.
Is-servizz sospiż tal-Gozo Channel minħabba l-maltemp wassal biex għexieren ta’ Għawdxin jinsabu maqbuda ċ-Ċirkewwa. Uħud li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt ilhom jistennew madwar sitt sigħat.
Is-servizz tal-vapur se jibqa’ sospiż tul il-lejl kollu, bil-kumpanija Gozo Channel mistennija taġġorna dwar is-sitwazzjoni wara l-4.30am.
Filmat: Sospiż il-vapur tal-Gozo Channel
Il-Ministeru għal Għawdex għamel arranġamenti ma’ lukandi, biex dawk li m’għandhomx akkomodazzjoni jkollhom fejn iqattgħu l-lejl. Appellat biex min se jagħmel lejl f’lukanda jżomm l-irċevuta.
Fuq Facebook, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana elenkat lista ta’ lukandi li saru l-arranġamenti magħhom:
Seabank Hotel: Bir-rata ta’ €50 kull kamra li tesa’ tnejn. Hemm 12-il kamra. Tel: 22891000
San Antonio Hotel: Bir-rata ta’ €30 kull kamra. Hemm 72 kamra. Tel: 21583434
Dolmen Hotel: €25 bla kolazzjoni. Hemm 60 kamra. Tel: 23552355.
Euroclub Hotel, Qawra: €25 Bed & Breakfast. 100 post. Tel: 21581079.
AX Sunny Coast Hotel: €135. 5 appartamenti. Jesgħu 5 ‘il wieħed. Tel: 21581459
AX Sunny Coast Hotel: €90. Appartament għal 2. Tel: 21581459
Seashells: €70 għal 2 persuni. 7 kmamar. Tel: 21577101
Primera Hotel: €25 kull kamra. 25 kamra. Tel: 21573880
Pebbles Hotel: €49.50 kull kamra. Ħames kmamar. Tel: 20102222
Luna Hotel: €35 kull kamra. 14-il kamra. Tel: 21521645
Topaz Hotel: €24 kull kamra. 30 kamra ta’ tnejn. Tel: 20146300
Pergola Hotel: €40 kull persuna. Sitt ikmamar għal 24 persuna. Tel: 21523912
Danish Village: €75 għal 2 persuni. 3 bungalows b’6 sodod kull waħda. Tel: 22893000
Salini Hotel: €50 għal kamra ta’ wieħed; €70 għal kamra ta’ tnejn. 50 kamra. Tel: 20163000
De George Hotel Qawra: €50 kamra ta’ wieħed; €70 kamra ta’ tnejn. 20 kamra.
Soreda Hotel: €70 kull kamra. 10 kmamar ta’ tnejn. Tel: 21576267
Relax Inn: €40 kull kamra. 2 ikmamar. Tel: 21570300
Santa Maria Hotel: €38.60 kull kamra. 11-il kamra. Tel: 20105533
Dolmen Hotel: €25 kull persuna inkluż l-ikel. 60 kamra ta’ 2 persuni. Tel: 23552355.
Il-lukanda, Paradise Bay Hotel, li hija l-iktar qrib tal-vapur diġà mimlija.
Lejl f’lukanda għall-pazjenti Għawdxin ukoll
Intant, il-Ministeru għas-Saħħa se jħallas lejl f’lukanda għall-pazjenti Għawdxin li llum kellhom appuntament l-isptar. Il-ħlas ikopri lill-pazjent u persuna oħra, u jinkludi l-kolazzjon.
Il-pazjenti huma mħeġġin jippreżentaw l-ittra tal-appuntament tal-isptar fir-reception tad-DB Seabank Resort & Spa, l-Għadira jew fid-DB San Antonio & Spa tal-Qawra.
Malti u nqbadt Għawdex?
Għall-Maltin li nqabdu Għawdex, il-Ministeru għamel arranġamenti mad-Dar tal-Irtiri Manresa. €20 kull persuna inkluż il-kolazzjon. 5 kmamar ta’ bi tnejn u 5 kmamar ta’ b’waħda. Tel: 79492680
“Aħjar mix-xejn, imma…” – Chris Said
Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Għawdxi Chris Said qal li huwa aħjar mix-xejn li l-Ministeru għal Għawdex spiċċa jipprova jsib il-kmamar fil-lukandi għal mijiet ta’ Għawdxin li nqabdu Malta. Iżda saħaq li dan kellu jsir mill-kumpanija Gozo Channel, bħalma jsir minn kumpaniji tal-ajru meta jitħassru titjiriet jew ikun hemm delays.
Dr Said għadda biex elenka lista ta’ affarijiet li l-Ministeru għandu jindirizza għal titjib tas-sitwazzjoni li jaffaċċjaw matul is-sena kollha:
Għandek ritratti u filmati? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt