Il-Gvern jissospendi l-konsulenza ta’ Lawrence Cutajar

Lawrence Cutajar

Il-Gvern issospenda l-konsulenza tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Intern qal li din id-deċiżjoni “ttieħdet fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li kien hemm fl-aħħar sigħat fil-konfront ta’ kif aġixxa meta kien Kummissarju tal-Pulizija.”

Skont il-Ministeru Cutajar “iddefenda l-pożizzjoni tiegħu.” Però l-Ministeru xorta “ħass li għandu jieħu din id-deċiżjoni sakemm ikun ċar x’kienu l-fatti.”

Illum fil-Qorti s-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia Melvin Theuma qal li kkonkluda li Keith Schembri kien involut fil-qtil. Schembri huwa l-eks Chief of Staff tal-eks PM Joseph Muscat.