Il-Gvern jispjega ż-żidiet tal-għoli tal-ħajja mal-pensjoni

Il-Gvern fakkar li ż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja din is-sena hi ta’ €1.75 fil-ġimgħa.
Spjega li kważi l-pensjonanti kollha jirċevuha billi jieħdu żieda ta’ €1.17 fil-ġimgħa fil-pensjoni u żieda ta’ 58ċ fil-bonus għall-għoli tal-ħajja, li jitħallas mal-pensjoni.
Spjega madankollu li l-pensjonanti li jitħallsu l-Pensjoni Minima Nazzjonali bir-rata ta’ persuna miżżewġa, iż-żieda jirċevuha xorta waħda, maqsuma b’€1.40 fil-ġimgħa fir-rata tal-pensjoni u 35ċ fil-bonus għall-għoli tal-ħajja.
Il-Gvern ikkjarifika li l-pensjonanti li huma fuq il-Pensjoni Minima Nazzjonali ħadu żidiet addizzjonali skont kif tħabbar fil-Baġit.