Il-Gvern jirtira l-kawża tal-konkrit ta’ Mater Dei

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Gvern Malti rtira l-kawża li fetaħ kontra kumpanija Żvediża tal-kostruzzjoni li kienet involuta fil-bini tal-isptar Mater Dei. Il-kawża nfetħet minħabba allegazzjonijiet li l-kumpanijża użat konkrit inferjuri.

Il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fuq il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali (UNCITRAL) qalet li peress li Malta kienet iffirmat waiver li ħelset lill-kumpanijża Żvediża Skanska mir-responsabbilità dwar l-istruttura tal-isptar, il-Gvern ma setax ifittex lill-kumpanija għall-kumpens.

Skont it-Times of Malta, kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa lbieraħ ikkonfermat li l-Gvern tilef il-kawża imma qalet li d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet kienu għaddejjin.

Fi Frar tal-2009 il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) kienet iffirmat ftehim ta’ “project closure” ma’ Skanska. Iż-żewġ naħat kienu qablu fuq ħlas ta’ €7 miljun minflok ta’ €30 miljun li oriġinarjament riedet Skanska.

Lura fl-2015, l-eks-Ministru għas-Saħħa John Dalli qal li kien infurmat dwar il-kuntratt finali ma’ Skanska sitt ġimgħat wara li dan kien ġie iffirmat. “Qatt ma semmewli l-waiver ma’ Skanska,” kien qal John Dalli.

Aktar dwar l-istorja tal-konkrit ta’ Mater Dei: