​Il-Gvern jirreġistra l-kumpanija Malta Air Travel Ltd

Il-Gvern Malti llum irreġistra kumpanija ġdida taħt l-isem Malta Air Travel Limited b’kapital awtorizzat ta’ €70 miljun.
Fi stqarrija qasira l-Gvern qal li l-objettiv għal din il-kumpanija l-ġdida, li bil-liġi jrid bilfors ikollha ċertifikat tal-operat fl-ajru, huwa “li tkun propjetarja tal-islots f’ajruporti varji.”
Il-Gvern kompla jgħid li din il-kumpanija qed tobbliga ruħha permezz ta’ kuntratt sabiex l-Air Malta tibqa’ topera dawn l-islots b’tariffa kummerċjali maqbula għall-perjodu fit-tul.
Il-Gvern temm jgħid li din l-istrateġija tappoġġja l-għan tiegħu li jittrasforma lill-Air Malta bħala l-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Ritratt: Arkivji