Il-Gvern jirreġistra defiċit ta’ €92 miljun

Id-defiċit tal-Gvern kien ta’ €92 miljun fl-ewwel sitt xhur tas-sena.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li l-Gvern kellu aktar dħul milli nfieq u għalhekk il-qagħda finanzjarja tal-Gvern tjiebet bi kważi €19-il miljun.
Iċ-ċifri juru li fl-ewwel sitt xhur id-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn €171 miljun waqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet bi kważi €153 miljun.
Fost l-oħrajn, in-nefqa żdiedet fuq proġeti kapitali b’€14-il miljun għal €140 miljun, bir-raġuni prinċipali kienet l-ispiża fil-proġetti tat-toroq. Infieq ieħor kien b’rabta mal-Presidenza Maltija b’€17.3 miljun.