​Il-Gvern jirċievi €64.3 miljun fit-tieni ħruġ tas-62+ Savings Bond

Il-Ministeru għall-Finanzi qal li l-Gvern irċieva applikazzjonijiet li jammontaw għal aktar minn €64.3 miljun fit-tieni ħruġ tas-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta (Ottubru 2017).
Tħabbar ukoll li fejn jidħlu rifużjonijiet għal dawk li kienu applikaw qabel iżda mhux se jieħdu sehem fit-tieni ħruġ, dawn qabżu bi ftit l-€4 miljun. Dawn għandhom jikkwotaw in-numru tal-IBAN tagħhom fil-formola tal-applikazzjoni.