Il-Gvern jippubblika d-dokument ta’ qabel il-baġit

DOI - Jason Borg

Read in English.

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ppreżenta d-dokument ta’ qabel il-baġit bil-prijoritajiet tal-Gvern għall-Baġit 2021. Id-dokument iġib l-isem ‘Lejn Ekonomija Sostenibbli’.

Il-Gvern fi stqarrija qal li d-dokument ġie mniedi bl-għan li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni kemm mal-imsieħba soċjali kif ukoll mal-pubbliku.

Il-Ministru Scicluna qal li grazzi għall-politika tal-Gvern, fil-baġit li ġej il-Gvern jaffordja jkompli jipprovdi miżuri biex jissalvagwardjaw l-għixien tal-familji u n-negozji minkejja d-daqqa fil-finanzi pubbliċi li ħalliet il-pandemija.

Qal li l-Gvern se jibqa’ jkun prudenti u se jippjana l-baġit b’mod għaqli biex jibqa’ jonfoq bi ħsieb f’dawk il-miżuri li huma l-aktar effettivi għall-familji u lin-negozji.

X’fih id-dokument?

Id-dokument jagħti ħarsa ġenerali tal-qagħda finanzjarja u ekonomika ta’ pajjiżna filwaqt li jipprovdi t-tbassir ekonomiku u fiskali għas-sena 2021.

Fid-dokument il-Gvern ta wkoll rendikont tal-miżuri mħabbra mill-Gvern minħabba l-impatt tal-Covid-19 biex itaffi l-impatt ekonomiku fuq il-familji u n-negozji.

Id-dokument ta’ qabel il-Baġit 2021 huwa aċċessibbli hawn: