Il-Gvern jinsab pożittiv dwar il-konsultazzjoni tal-elezzjonijiet

Il-Gvern Malti qed iħares lejn il-konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin u mal-pubbliku dwar il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali b’mod pożittiv.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li b’dan il-mod se tingħata l-opportunità biex tiġi applikata l-aħjar sistema possibbli u l-iktar waħda ta’ sens komun.
L-istqarrija tgħid li l-Gvern mhux qed jagħmel dan bħala gwadann għall-Partit Laburista iżda qed jagħmlu għax jaqbel lill-pajjiż.
Il-Gvern żied jgħid li din mhux se tkun l-ewwel darba li tiċċaqlaq jew tiġi posposta elezzjoni lokali.
Saħaq kif il-Partit Nazzjonalista kien ċaqlaq l-elezzjonijiet minn kull sena għal sentejn.