Il-Gvern jilqa’ r-rapport tal-FMI dwar Malta

Il-Gvern innota r-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali li ta verdett pożittiv għal Malta u li rreveda ’l fuq it-tbassir ekonomiku għall-pajjiż.
Il-Gvern qal li l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali ddikkjaraw li l-ekonomija Maltija kibret b’rabta ferm ogħla milli mistenni u li l-qgħad niżel f’livelli storiċi.
Irreveda l-istima tat-tkabbir għas-sena li għaddiet, minn 3.1% għal 4.3%, waqt li l-istima tat-tkabbir għal din is-sena wkoll ġie rivedut minn 2.7% għal 3.5%.
Il-Gvern qal ukoll li l-istima ta’ qgħad ukoll tniżżlet, minn 6.3% għal 5.4% għal din is-sena.
Irrimarka dwar il-fatt li n-nies f’impjieg qed jiżdiedu, semma’ r-ristrutturar f’kumpaniji pubbliċi u t-titjib fis-setturi tal-Ġustizzja u l-Enerġija.
Faħħar ukoll miżuri tal-Baġit marbuta mal-pensjonijiet u ħeġġeġ iktar titjib tal-qasam ġudizzjarju, iktar aċċess għall-kreditu u iktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal li l-Gvern Malti jinnota rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tas-settur bankarju waqt li qal li l-Gvern se jkompli bi sforzi biex itejjeb dak li tipproduċi l-ekonomija Maltija.