Il-Gvern jilqa’ l-valutazzjoni tal-KE dwar il-Baġit

Il-Gvern laqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Baġit għas-sena d-dieħla.
Il-Gvern qal li l-Kummissjoni qieset il-Baġit bħala wieħed konformi mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabilità u tat opinjoni pożittiva dwar l-istima tal-ispiża u d-dħul tal-Gvern għas-sena d-dieħla.
Ifisser ukoll, rata tad-dejn li mistennija tkun skont ir-regola tal-UE, u li d-defiċit jibqa’ jonqos, għal 1.2%.
Il-Gvern qal li l-Kummissjoni rrimarkat ukoll dwar miżuri li ttieħdu fil-Baġit, fosthom dawk marbuta mar-riforma tal-pensjonijiet.
Ritratt: Arkivju: DOI – Reuben Piscopo