​Il-Gvern jikkunsidra trasport bil-baħar lejn Ta’ Xbiex, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li l-Gvern se jkun qed jinvesti €28.5 miljun minn fondi Ewropej sabiex jgħinu t-trasport fil-pajjiż.
Dawn se jkunu jinkludu landing sites ġodda bil-potenzjal li jiġu estiżi r-rotot tat-trasport bil-baħar f’Ta’ Xbiex, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. 
Is-Segretarju Parlamentari Farrugia ħabbar li se jinbnew ukoll żewġ pilot cycle corridors li se jaqgħdu l-Belt Valletta ma’ San Ġiljan u l-Mosta mal-Università u l-Isptar Mater Dei. Spjega li dawn ir-rotot se jinħolqu apposta biex jassiguraw is-sigurtà taċ-ċiklisti. 
Dwar il-karozzi tal-linja, Farrugia qal li se jitnieda wkoll proġett pilota li permezz tiegħu, disa’ karozzi tal-linja li jaħdmu bid-diesel se jaqilbu għal magna elettrika. 
Biex jiġi assigurat kontroll aħjar tat-traffiku, is-Segretarju Parlamentari qal li qed jiġu installati 100 CCTV camera ġdida f’27 lokalità differenti, biex Transport Malta jkollha informazzjoni real-time dwar it-traffiku fil-pajjiż. 
Intqal li dawn il-miżuri flimkien ma’ proġetti oħra li tħabbru fosthom il-Junction tal-Kappara u tal-Marsa, jammontaw għal €120 miljun f’investiment fit-trasport fuq medda ta’ sitt snin.
Ritratt: Arkivji