Il-Gvern jikkunsidra li jikkumerċjalizza art mogħtija lil għaqdiet sportivi

Il-Gvern ma jeskludix li jikkumerċjalizza artijiet mogħtija lil għaqdiet sportivi hekk kif fil-preżent qiegħed jevalwa l-aħjar triq li għandu jieħu b’rabta ma’ dan il-qasam.
Il-konferma ngħatat fil-Parlament ilbieraħ mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Mistoqsi jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern b’rabta ma’ artijiet għal faċilitajiet sportivi, il-Ministru Bartolo qal li “l-Gvern qed jistudja l-possibiltà li jikkummerċjalizza parti mill-artijiet mogħtija lill-għaqdiet sportivi u dan sabiex dawn isiru aktar sostenibbli finanzjarjament. Wara li jsir dan l-istudju, il-Gvern jevalwa liema huwa l-aħjar kors t’azzjoni”.